Charles B. Spiteri

Bla dubju, jekk dan ir-raġel jagħżel li jiġi Malta, żgur li ma joqgħodx jum bla xogħol għax kull kunsill lokali jipprova jħaddmu miegħu!
Andrew Hawes ta’ 43 sena, li ddejjaq bil-ħmieġ tal-klieb li ta’ kuljum iħammġu t-toroq fejn joqgħod, qed jilbes ilbies camouflage u jistaħba qalb l-arbuxelli fil-park ta’ Leiston, f’Suffolk, bl-iskop li jiġbed ritratti ta’ dawk is-sidien tal-klieb li ma jiġbrux il-ħmieġ li jagħmlu fl-art.
Meta jara lil xi ħadd iħalli l-ħmieġ mal-art, joħroġ fid-dieher u jhedded lil sidien il-klieb li jirrappurtahom jekk ma jnaddfux il-ħmieġ. Min ma jismax bil-kelma t-tajba, jiġi rrappurtat lill-pulizija, li joħorġu ċ-ċitazzjonijiet.

Ladarba jkun liebes camouflage, Andrew, sewwieq tat-trakkijiet u missier ta’ erbat itfal, ħadd ma jinduna bih. Hu saħaq li qed jagħmel dan kollu għax il-ħmieġ tal-klieb jista’ jagħmi lit-tfal minħabba infezzjonijiet, u hu ma jridx li wliedu jispiċċaw ma jarawx tort ta’ sidien traskurati.
Hu u l-ġirien tiegħu jqattgħu ħin konsiderevoli jnaddfu l-ħmieġ tal-klieb ta’ ħaddieħor, u l-għada jerġgħu jsibu ħmieġ ieħor. Issa waqqfu grupp li l-membri tiegħu jagħmlu ronda regolari biex is-sidien jindunaw bihom u jiġbru l-ħmieġ tal-klieb tagħhom.
Mistoqsi dwar ix-xogħol li qed iwettaq ‘bil-moħbi’ hu qal li l-pulizija qalulu li mhux illegali, għax qed iwettaq ħidma ta’ CCTV u huma jimxu fuq ix-xhieda li jkollhom. Kull ċitazzjoni tiswa lis-sid maħmuġ u traskurat ta’ kelb is-somma ta’ €115.


Donna bdiet tibża’ waħidha taħt dik is-siġra kbira tal-ħarrub. Sħabha u l-għalliema fejn kienu marru? Imisshom telqu `l hemm u ħallewha waħidha! U xħin iroxx id-dlam x’kienet se tagħmel? Kif kienet se tmur lura d-dar?



Iva, dan li qed taraw fir-ritratt hu David Beckham, li l-arti tat-tattwaġġ fuq ġismu ġmielha qed timlielu laħmu.