
SKEMA TA’ GĦAJNUNA LIL-LIBRERIJA TAL-ISKOLA TIEGĦEK
Din l-iskema maħsuba biex il-libreriji tal-iskejjel jew tal-klassijiet ikomplu jistagħnew b’għadd ta’ kotba kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż għall-istudenti li jħaddnu. BDL qed tħaddem din l-iskema b’għażla kbira ta’ kotba u logħob kemm għall-iskejjel tal-Primarja kif ukoll għal dawk tas-Sekondarja.
Benefiċċji tal-iskema
- Għal kull ktieb jew logħba li l-istudenti jixtru f’din l-iskema, il-kumpanija BDL tagħti lura lill-iskola madwar nofs l-ammont tal-valur tal-ktieb f’forma ta’ voucher biex permezz tiegħu l-iskola tkun tista’ tixtri kotba li jkomplu jagħnu l-libreriji fl-iskejjel.
- Kull student li jixtri xi ktieb jew logħba f’din l-iskema jingħata voucher ta’ 25% fil-mija biex jixtri kotba għalih innifsu għal-librerija personali tiegħu.

Xi rrid nagħmel biex inħaddem l-iskema fl-iskola tiegħi?
L-iskola tista’ tikkuntattja lil BDL billi tibgħat email fuq [email protected] sabiex jintbagħtulha l-fuljetti li jagħmlu parti minn din l-iskema biex jitqassmu lill-istudenti.
Kif taħdem l-iskema?
- Ngħaddulkom fuljetti stampati bl-informazzjoni tal-iskema u tal-ktieb abbinat magħha.
- Dawn il-fuljetti jitqassmu lill-istudenti.
- Jinġabru lura l-fuljetti bid-dettalji tal-istudenti u l-ħlas tal-ktieb.
- L-iskola tgħaddi l-ordni bit-total tal-kotba lil BDL.
- BDL jibgħat il-kotba ordnati lill-iskola biex jitqassmu lill-istudenti.
- L-iskola tirċievi wkoll il-voucher bl-ammont intitolat skont in-numru ta’ kotba ordnati.
- L-istudenti jingħataw voucher ta’ 25% mal-ktieb jew logħba li jordnaw li jista’ jissarraf mill-ħanut ta’ BDL, f’San Ġwann.

Eżempji
Jekk l-istudenti jordnaw 100 Dizzjunarju bil-Malti għat-Tfal, li jiswa €14.95, BDL jagħti lura lill-iskola voucher ta’ €800 biex tixtri kotba għal-libreriji tagħha kif ukoll 100 voucher ta’ 25% skont biex jitqassmu lill-istudenti mad-dizzjunarju li jkunu ordnaw.
Ċimiterju li kien fih aktar minn miljun katavru uman mummifikat għadu kif instab waqt tħaffir fiċ-ċentru tal-Eġittu. Dan ikkonfermawh l-arkeologi.
Bħas-soltu telgħet it-taraġ inkiss inkiss u baqgħet dieħla fil-kamra tas-sodda li kienet għadha kemxejn mudlama billi l-purtieri kienu magħluqin. Malli ntebħu bil-preżenza tagħha, Luca u Elise malajr tajru n-ngħas u tbissmulha qishom żewġ anġli żgħar. In-nanna għenithom iqumu mis-sodda, ħaslithom u libbsithom pulit għax riedet toħroġhom billi kien bnazzi. Tgħidx kemm kien jixraqlu l-jeans lil Luca, u l-qmis blu bil-kaxex sofor kienet tagħtih id-dehra ta’ raġel żgħir. Elise, li kienet sentejn akbar minn ħuha, kienet qisha sinjorina żgħira b’dik il-libsa ħamra tgħajjat u bis-sandli pariġġ.



Victoria kienet Reġina tal-Brittanja meta din kienet l-aktar nazzjon b’saħħtu fid-dinja. L-Ingliżi ggvernaw artijiet mad-dinja kollha, b’mod li tawha imperu li fuqu “x-xemx ma niżlet qatt.”
Donna bdiet tibża’ waħidha taħt dik is-siġra kbira tal-ħarrub. Sħabha u l-għalliema fejn kienu marru? Imisshom telqu `l hemm u ħallewha waħidha! U xħin iroxx id-dlam x’kienet se tagħmel? Kif kienet se tmur lura d-dar?