Grupp ta’ arkeologi ta’ taħt il-baħar mill-Grecja u l-Amerika, ħabbru s-sejba inkredibbli ta’ 22 għarqa ta’ bastimenti antiki, ilkoll madwar Fourni, arċipelagu Grieg żgħir.

Is-sejba saret f’nofs dak li fil-passat kien il-kanal ewlieni għall-bastimenti u r-rotta għall-kummerċ bejn il-Greċja, Ċipru u l-Eġittu. L-għerqiet imorru lura għal bejn is-sena 700 qabel Kristu u s-seklu 16.
L-aktar sejba importanti saret f’post 17-il mil bogħod, imferrxa madwar it-13-il gżira li jiffurmaw l-arċipelagu, in-naħa tal-Lvant fil-baħar Eġew.
Peter Campbell, mill-Università ta’ Southampton u ko-direttur tal-Fundazzjoni Nawtika RPM qal li fi 13-il jum biss, qabżu kull stennija u żiedu 12 fil-mija mat-total ta’ bastimenti antiki fl-ibħra territorjali Griegi, li kienu diġà jafu bihom.
Il-kummerċ bil-bastimenti li jaqsmu bejn il-Greċja u l-Asja minuri kien ikollhom ibaħħru minn hemm u kultant kienu jfittxu kenn fir-reġjun kollu blat.
Il-qagħda ta’ Fourni bejn iż-żewġ gżejjer ta’ Samos u Ikarja jafu wasslu biex l-istess post iservi ta’ ċimiterju għall-bastimenti mgħarrqin.
Peter Campbell żied jgħid: “Ikarja u l-kosta fil-punent a’ Samos la għandhom portijiet u lanqas fejn jankraw il-bastimenti; għalhekk Fourni kien l-aktar post żgur fejn setgħu jirmiġġjaw.”
Is-sejba saret mill-grupp ta’ arkeologi mill-Eforat Grieg tal-Antikità ta’ taħt il-Baħar u l-Fondazzjoni Nawtika RPM, li ħadmu ma’ għaddasa u sajjieda lokali.
George Koutsouflakis, direttur Grieq qal: “Fl-aqwa każi, f’tiftix tipiku nillokaw erbgħa sa ħames għarqiet ta’ bastiment kull staġun. Stennejna staġun ta’ suċċess, iżda ħadd ma kien imħejji għal dan. Litteralment, il-bastimenti mgħarrqa nstabu kullimkien.”
L-oġġetti misjuba f’dawn il-bastimenti inkludew ġarar u amfori li huma xhieda tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn Ċipru, il-Levant, il-Greċja u l-Eġittu.








Ċimiterju li kien fih aktar minn miljun katavru uman mummifikat għadu kif instab waqt tħaffir fiċ-ċentru tal-Eġittu. Dan ikkonfermawh l-arkeologi.
Bħas-soltu telgħet it-taraġ inkiss inkiss u baqgħet dieħla fil-kamra tas-sodda li kienet għadha kemxejn mudlama billi l-purtieri kienu magħluqin. Malli ntebħu bil-preżenza tagħha, Luca u Elise malajr tajru n-ngħas u tbissmulha qishom żewġ anġli żgħar. In-nanna għenithom iqumu mis-sodda, ħaslithom u libbsithom pulit għax riedet toħroġhom billi kien bnazzi. Tgħidx kemm kien jixraqlu l-jeans lil Luca, u l-qmis blu bil-kaxex sofor kienet tagħtih id-dehra ta’ raġel żgħir. Elise, li kienet sentejn akbar minn ħuha, kienet qisha sinjorina żgħira b’dik il-libsa ħamra tgħajjat u bis-sandli pariġġ.