Charles B. Spiteri
Teżor enormi ta’ karozzi klassiċi, li jiswew madwar €27,390,400, inkiseb min-neguzjant f’wieħed mill-akbar negozji privati li qatt sar fl-istorja Britannika.
John Collins xtara din il-kollezzjoni impressiva ta’ 27 karozza li jinkludu mudelli bħal Ferrari, Mercedes, Porsche u Lamborghini.
Fosthom hemm ukoll Aston Martin One-77 u Ferrari 288GTO, li bħalissa huma fost l-aktar karozzi klassiċi apprezzati għall-ħeffa tagħhom.
Il-maġġoranza tal-karozzi qajla ntużaw, tant li Lamborghini LP500S tal-1982 għamlet biss 500 mil.
Il-kollezzjoni kienet moħbija f’maħżen barra Londra, u kif sar jaf biha, is-Sur Collins ħaffef biex jinneguzjaha.
B’kollox kiseb erba’ Aston Martins, 11-il Ferrari, Jaguar, erba’ Lamborghini, ħames Mercedes u żewġ Porsche.
Numru mill-Ferraris jiswew aktar minn €1.4miljun, waqt li Jaguar E-Type tal-1965, għad għandha biss fuq l-arloġġ, 2,605 mili.
Is-Sur Collins li għandu negozju tal-karozzi f’Berkshire qal li s-sid kien bena l-kollezzjoni tiegħu f’dawn l-aħħar 20 sena. F’salt wieħed iddeċieda li jbigħ kollox f’daqqa. Ikkuntattjawh u qatagħha li jixtrihom.
Jirrakkonta li meta mar jara u fetħulu l-maħżen skanta qatigħ għax immaġina li qiegħed fl-għar ta’ Aladdin. Il-karozzi kollha kienu speċjali.
F’ġimgħa mindu xtrahom, kien ġa biegħ għaxra. Mill-karozzi speċjali li fadallu, għadu Aston Martin DB5, bħall-mudell misjuq minn James Bond u Lamborghini Miura, il-vettura meqjusa minn bosta bħala s-supercar oriġinali Taljana.

Luca u Elise kienu mimlijin sa ruħ ommhom bil-ġugarelli. In-nanniet kienu ta’ sikwit jagħtuhom xi teddybear jixgħel u jiċċaqlaq jew xi logħba ġdida tal-playstation. Kull meta l-mamà kienet teħodhom magħha l-Belt ma kinitx tonqos milli tixtrilhom xi trumbetta tal-plastik u xi raddiena żgħira, li tant kienet taffaxxinahom iddur waħidha ma’ naqra żiffa. Dawn il-ġugarelli kienu jdumu sħaħ mill-Milied sa San Stiefnu għax malajr kienu jagħmluhom biċċiet. 
Ir-raġel ħaseb li l-kelb kien se jiekol lit-tarbija, u li seta’ jagħmel għalih, iżda hekk kif inġemgħu aktar nies, il-kelb deher jitlaq lit-tarbija minn ħalqu. In-nies skantaw bir-reazzjoni tal-kelb, l-aktar għax kien kelb mitluq! Huma qalu li l-ħarsa f’għajnejn l-annimal kellha elf tifsira…. “Għinuh” jew “x’dinja krudila.”



