Suzanne Piscopo

Susanne PiscopoSuzanne Piscopo tħobb l-ikel, tħobb tgħallem u tħobb il-kultura Maltija. Hija tħarrġet Malta bħala għalliema tal-Home Economics, u mbagħad kompliet l-istudji tagħha barra minn Malta fejn iffukat fuq in-nutrizzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa u s-soċjoloġija tal-konsum. Hija minn dejjem stinkat biex taqsam dak li taf mal-oħrajn u dejjem emmnet li t-tagħlim effettiv jista’ jkun ukoll wieħed ta’ pjaċir.

Suzanne kitbet l-ewwel sensiela ta’ kotba għat-tfal – Stories from Foodland –fl-2001. Fl-2011 ħarġet traduzzjoni bil-Malti ta’ dawn is-sitt stejjer, miġbura fi ktieb wieħed – Stejjer minn Ikelandja.  Ir-raġel ta’ Suzanne, Michael Piscopo, għamel it-tpinġijiet fid-diversi pubblikazzjonijiet.
 
Suzanne beħsiebha tkompli tikteb kotba u stejjer ġodda għat-tfal bil-Malti u bl-Ingliż, u anke toħloq materjal edukattiv għall-użu tal-għalliema.
 
Suzanne ta’ spiss tkun fuq il-mezzi tax-xandir fejn titkellem dwar l-ikel, is-saħħa u l-konsum sostennibli.
 
Hija tiddelitta fil-fotografija, speċjalment tal-ikel u tal-pajsaġġ Malti u Għawdxi.