Salvinu Lombardi

Profil fuq Salvinu Lombardi, Reviżur u Editur tar-rumanzi tal-kittieb prolifiku Emilio Lombardi. (1881-1956)

Min hu l-Editur tar-rumanzi ta’ Emilio Lombardi (1881-1956)?

Salvinu Lombardi huwa n-neputi ta’ Emilio Lombardi. Twieled f’Tas-Sliema fl-1939. Wara li għamel tliet snin fil-Liċeo, daħal apprentista fit-Tarzna bħala ‘Shipwright’, fejn dam sitt snin. Fl-1960 impjega ruħu bħala skrivan fis-Servizz Ċivili. Hawn baqa’ tiela’ minn grad għall-ieħor sakemm sar ‘Principal’.

Salvinu llum huwa rrtirat u medhi bir-rumanzi ta’ nannuh, għax jinsab ħerqan li jippubblika kemm jista’ minnhom. Ir-rumanzi ta’ Emilio Lombardi huma tajbin għall-kbar u għaż-żgħar u fihom ħafna tagħlim storiku, soċjali u morali.