Paul Mizzi

Paul Mizzi

Paul Mizzi twieled ir-Rabat, Għawdex, fit-13 ta’ Diċembru, 1960. Bħala Kristjan Evanġeliku kiseb BA fit-teoloġija u minn żgħożitu ilu jgħallem il-Bibbja u jittraduċi kotba reliġjużi għall-Malti.

Għal aktar minn 30 sena serva bħala pastor fil-Knisja Evanġelika Trinità, u kien strumentali fit-twaqqif tal-Malta Evangelical Library.

L-ewwel pubblikazzjoni maġġura tiegħu hi Nixtiequ Naraw lil Ġesù, ġabra ta’ studji introduttorji għas-27 ktieb tal-Patt il-Ġdid. Aktar tard ippubblika F’Dawlek Naraw id-Dawl, katekiżmu li jkopri d-dottrini prinċipali tal-Bibbja.

Riċentement ippubblika Il-Patt il-Ġdid, traduzzjoni ġdida mill-Grieg għall-Malti, kompluta b’notamenti u referenzi. Abbinata miegħu għandu l-blog https://pattgdid.blogspot.com/ li fiha bosta artikli u studji fuq diversi aspetti bibliċi. Għal dan iddedika bosta snin, u jqisu bħala l-opra ewlenija tiegħu.

Għandu għal qalbu l-kitba kreattiva, kif jixhed ir-rumanz tiegħu, It-Tmien Meravilja. Apparti minn dan kiteb poeżiji, innijiet, novelli, drammi, rumanzi Kristjani, rumanzi storiċi, kif ukoll rumanzi umoristiċi u satiriċili qed jistennew il-pubblikazzjoni. Bħala delizzju għandu l-pittura biż-żejt u l-logħba taċ-ċess.

Hu miżżewweġ lil Michelle, u għandhom żewġ ulied, Christine u Jeanelle.