Norman C. Borg

Norman C Borg

NORMAN C. BORG huwa għalliem irtirat li għamel żmien jgħallem fi skejjel primarji. Ħadem ukoll bħala assistent kap u aktar tard bħala uffiċjal edukattiv mad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Wara dan, ħadem bħala għalliem tal-Ingliż fi skejjel tal-lingwi lokali, u ngħata l-Inspiring Professional Award għall-2024 mill-ELT Council. Għal żmien kien lettur mistieden tad-Dipartiment tal-Malti, il-Fakultà tal-Edukazzjoni u s-Centre for English Language Proficiency, fl-Università ta’ Malta.

Matul it-tmeninijiet u d-disgħinijiet kiteb bosta stejjer għat-tfal ippubblikati fir-rivista Sagħtar maħruġa mill-Malta Union of Teachers u aktar tard mill-Fondazzjoni Sagħtar. Barra minn stejjer oriġinali ħareġ ukoll adattamenti ta’ stejjer klassiċi bħal Is-Saħħar ta’ Oż. Huwa koawtur tal-ktieb Tużżana (Merlin Publishers, 1998), u kkollabora fil-produzzjoni ta’ komiks bħal Avventura (1981) u Il-Komik (1983-1984).

Reċentement ippubblika Żarbun Imsaħħar (Merlin Publishers, 2024) u L-Ifirsa tal-Mejda t-Tonda (Horizons/National Literacy Agency, 2025).

Fl-2022 beda proġett fil-forma ta’ sit elettroniku li fih joffri lil qarrejja żgħar adattamenti bil-Malti ta’ xogħlijiet klassiċi internazzjonali, bil-għan li jrawwem aktar interess fil-qari tal-Malti. Aktar tagħrif dwar dan il-proġett jinsab fuq https://kotbafilbut.net.


NORMAN C. BORG is a retired primary school teacher, assistant head of school and education officer at the Department of Education. For some time, he also taught English to foreigners in various local language schools. In 2024 he was awarded the Inspiring Professional Award by the ELT Council. He has also delivered lectures for various University of Malta entities, including the Department of Maltese, the Faculty of Education and the Centre for English Language Proficiency.

Between the late 1980s and early 1990s, he wrote various children’s stories in episodic form for the Maltese educational magazine Sagħtar (Malta Union of Teachers / Fondazzjoni Sagħtar). Apart from original writings, he has also written Maltese adaptations of classical children’s literature, inclusing Is-Saħħar ta’ Oż. He is co-author of the story collection Tużżana (Merlin Publishers, 1998) and wrote and illustrated stories in comics, including Avventura (1981) and Il-Komik (1983-84).

His more recent publications include Żarbun Imsaħħar (Merlin Publishers, 2024) and L-Ifirsa tal-Mejda t-Tonda (Horizons / National Literacy Agency, 2025).

In 2022 he launched the project Kotba fil-But (https://kotbafilbut.net), a web site for young readers offering Maltese adaptations of international classics, with the aim of promoting more Maltese reading online.