Martin Formosa
Twieled 1957
Martin Formosa huwa artist mill-Qrendi u jħaddan l-istil tar-realiżmu fil-pittura tiegħu. Huwa juża l-aktar is-soft pastel bħala medium għalkemm għandu xogħlijiet oħrajn biż-żejt u bl-akwarella. Ħa sehem f’diversi wirjiet kollettivi u x-xogħlijiet tiegħu jinsabu f’diversi kollezzjonijiet privati f’Malta u wkoll barra.
Martin huwa wkoll skultur u ta’ 16 –il sena ħadem statwa tal-Assunta li qegħidha fuq il-Post tan-Nar tas-Socjeta’ Muzikali S. Marija tal-Qrendi, skultura fl-injam u anke ħadem diversi bustijiet tal-bronż.
Showing the single result
Showing the single result

