Liliana Risiott twieldet l-Imsida fil-31 ta’ Lulju, 1959. Isimha sinonimu mal-mezzi tax-xandir minħabba l-karriera twila tagħha fil-qasam ġurnalistiku, mxandar u dak miktub. Ħadmet ukoll għat-televiżjoni u l-palk. Rebbieħa tal-BPC Award to Journalists for Outstanding Broadcasting (1992).
Xogħlijiet oħra tagħha jinkludu d-dramm f’att wieħed, ‘Toni Karawetta’; ir-rumanz ‘Punzjetta fi Gwarniċ’ (mhux pubblikat), ‘Meta l-Fula Tnawwar’ (1992); u għandha tliet kotba oħra għall-pubblikazzjoni dalwaqt: ‘Il-Kewkba Dehbija u Stejjer Oħra’; ‘Għall-Magħmul m’hemmx Kunsill’ u ‘Ċinkwina Ħames Ħabbiet’. Tħobb dak kollu li hu Malti; partikolarment il-festi reliġjużi u tradizzjonali, l-għana Maltija u l-mużika u l-arti sagra. Omm ta’ tifla, Katrin.