Leli Psaila

Leli (1968) Xlukkajr imrobbi ż-Żejtun, jaħdem mad-Dipartiment tat-Tifi tan-Nar u ilu President tal-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni Ċivili għal tnax-il sena. Huwa wkoll il-President tal-Għaqda tal-Malti – Università. In-novelli tiegħu dehru f’diversi ġurnali u magazins, kif ukoll f’Sekwenzi ta’ Tluq (2010) u Skariġġi (2012). Ħa sehem f’għadd ta’ ljieli letterarji organizzati minn diversi għaqdiet fosthom Inizjamed, l-Għaqda tal-Malti – Università u l-Moviment Graffiti. Fost premjijiet oħra, hu rebbieħ tat-tieni edizzjoni tal-Konkors Nazzjonali tal-Letteratura għaż-Żgħażagħ (2011), u l-konkors f’għeluq il-50 sena ta’ It-Torċa. Artiklu mill-ewwel teżi tiegħu ġie ippubblikat f’Il-Malti (2011)u  qed jittama li jippubblika t-teżi tal-Masters li titrattaIl-Letterarjetà tan-Narrattiva ta’ Ġużè Ellul Mercer. Eventwalment għadu kemm ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu Storja Maqsuma li huwa l-manuskritt rebbieħ tal-konkors u mmirat għal udjenza addolexxenti.