Dr Karmenu Mallia twieled Ħal Qormi nhar id-9 ta’ Novembru 1929.
Ħareġ ġabriet ta’ poeżija bil-Malti, bl-Esperanto, bl-Ingliż u t-Taljan u bil-Franċiż; rumanz tiegħu oriġinali bl-Esperanto deher ftit snin ilu fi New York; qaleb għall-Esperanto u ħareġ żewġ antoloġiji ta’ Poeti Maltin; kiseb l-ewwel premju mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal traduzzjoni fl-Esperanto ta’ rumanz Malti; rumanzier; artikolista bil-Malti, bl-Ingliż u bl-Esperanto; diversi premjijiet letterarji Malta u barra; wieħed mit-tliet ġudikanti fil-konkors internazzjonali tal-poeżija bl-Esperanto, imniedi kull sena mill-Universala Esperanto-Asocio.
Membru tal-Akkademja tal-Esperanto; membru onorarju tal-Għaqda Poeti Maltin. Ingħata Ġieħ Ħal Qormi u Ġieħ Ħaż-Żabbar.