San Ġwann

9789993271703
Hardback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Għall-ħabta taż-żmien meta lGran Mastru Le Cassiere kien beda jħejji għall-bini tal-knisja ta’ San Ġwann l-għira u l-pika bejn arkitetti Maltin u barranin kienu ġabu magħhom nikiet u saram lil għadd ta’ nies bla ħtija.

Darba Fantin, Malti u missier ta’ familja fqira, ħtieġlu jmur il-Belt biex iġib tabib għal martu marida. Fit-triq insteraq minn żewġ Kvallieri u ttieħed maċ-ċorma biex jaqdef fuq ix-xini San Ġakbu. Ftit wara martu mietet u bintu, Mariroż li kienet sfat weħidha, inġabret ma’ familja nobbli fl-Imdina. Meta kibret Mariroż innamrat minn Vitor, bin Glormu Cassar. Lejla waħda waqt li mit-tieqa tagħha Mariros kienet qed titfa’ qronflq lil Victor, kien għaddej Celli, arkitett Taljan li kien inġieb biex hu wkoll iħażżeż il pjanti tal-knisja ta’ San Ġwann. Inqalgħet ġlieda u Vitor ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs. Biex lil ta’ Cassar aktar jiġu mgħakksa lil Mariroż ġagħluha titgħarras lil Celli. Fil-festa ta’ l-għerusija tagħhom, iżda, Fantin li sadattant kien reġa’ lura d-dar għaraf lill-argużin tax-xini San Ġakbu travestit ta’ aġent tal-Para u xlieh li kien qatel lill-kavallier Correa. Dan l-inċident wassal għall-kixfa ta’ aktar qerq u tnassis.

Additional information

Weight 194.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 149
ISBN 9789993271703
Format Hardback
Year of publication 2007

Product categories and tags

SKU: 9789993271703