Description
Wieħed mill-għanijiet ta’ dan il-ktieb huwa li lill-istudenti jurihom ir-rabtiet li hemm bejn kitba tajba u ħsieb ċar. Il-kittieb li jirnexxi huwa dak li jsolvi l-problemi, u biex isolvi l-problemi jrid ikun ħassieb kritiku: jistaqsi mistoqsijiet fuq xogħlu, jilmaħ dawk id-diffikultajiet li jistgħu jxekklulu l-komunikazzjoni, u jfassal l-istrateġiji ħalli jsolvi dawk id-diffikultajiet. Hekk ikun kittieb-ħassieb.
Mela, dan il-ktieb, li għandu jittieħed bħala kumpann tal-ktieb l-ieħor Aspetti ta’ l-Istruttura tal-Malti Modern jipprova jqabbad lill-istudenti fuq ħidma ta’ analiżi għal kitba fit-tul ta’ proża kontinwa.






