Description
Bertu l-fekruna domestika għandu problema. Waqt li kien qed jipprova jilħaq ftit ikel tajjeb, Bertu spiċċa rasu ’l isfel, fuq dahru, bilkemm jiċċaqlaq. Jistgħu l-ħlejjaq tal-ġnien jegħlbu d-differenzi ta’ bejniethom, jingħaqdu u jgħinu lil Bertu jerġa’ lura fuq saqajh? Mimlija b’illustrazzjonijiet mill-isbaħ li jnisslu tbissima, din l-avventura turina l-importanza li naħdmu flimkien, li naħsbu b’mod kreattiv, u li anke l-iċken għajnuna tista’ tagħmel differenza kbira.
Il-ktieb jinkludi wkoll fatti interessanti dwar fekruna reali bl-isem ta’ Albert, li ispirat din l-istorja, minidinosawru modern li jiekol il-ħaxix.
Bis-sehem tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu

Bertu l-fekruna













