KHERSON Bejn it-Tama u l-Qlubija

Ben Agius
9789918204120
Paperback

In stock

Description

Wara t-telfa tal-ewwel tqala u l-aħbar li ma setax ikollhom tfal, Alex u Brenda kienu waqgħu f’abbiss mudlam. Iżda l-miġja ta’ Natalya, it-tarbija li addottaw minn orfanatrofju fl-Ukrajna, reġgħet ġabitilhom il-ferħ. Erba’ snin wara, dan il-ferħ reġa’ nbidel f’miżerja meta skoprew li Natalya kienet mardet b’marda kiefra.

Sabiex isalva lil bintu, Alex kien lest li jagħmel minn kollox – anki jmur ifittex fejqan għaliha qalb it-tiġrif tal-gwerra fl-Ukrajna.

Oleyna kienet studenta żagħżugħa fl-Università ta’ Kherson. Ħajjitha kienet kuntenta mal-maħbub tagħha Denys… sakemm ir-Russi daħlu fil-belt u ħadulha dak kollu li kien għażiż għaliha. Ħajjitha ta’ taħt fuq, u kostretta taħrab mill-belt, Oleyna tissieħeb mar-Reżistenza fil-ġlieda kontra l-invażur.

Meta t-toroq ta’ Alex u Oleyna jiltaqgħu sabiex isalvaw għadd ta’ tfal misruqa mir-Russi, il-ġlieda tiħrax. Kontra l-qilla tal-għadu, l-uniċi armi li kellhom kienu t-tama u l-qlubija… Iżda dawn kienu ser ikunu biżżejjed?

Additional information

Weight 500 g
Dimensions 20 × 13 cm
Author
Format Paperback
Language Maltese
Publisher
Year of publication 2025
Pages 368
ISBN 9789918204120

Product categories and tags

SKU: 9789918204120

You may also like…