Description
Stejjer li jistgħu jinqraw lit-tfal kif ukoll mit-tfal. Stejjer ta’ ħafna emozzjonijiet u immaġinazzjoni — perfetti biex it-tfal jikbru jħobbu l-qari u l-ħolm …
Għodwa waħda, Lupu Lupettu jsib teżor bil-muniti tad-deheb fil-foresta. Il-Kokka Professoressa twissih li l-ferħ ma jinxtarax bil-flus. Imma Lupu Lupettu ma jismax minnha u jibda jixtri kulma jara b’għajnejh: ħwejjeġ, ikel, ġugarelli … f’kemm ili ngħidlek, ikun irid kollox! Imma l-flus huma verament iċ-ċavetta għall-kuntentizza?
Temi: l-emozzjonijiet, il-burdati, id-dixxiplina, il-ħbiberija







