Description
Sensiela ta’ kotba ħelwin għat-tfal miktuba minn Clara Farrugia biex iqarrbuhom ma’ nies importanti fil-ħajja ta’ kuljum bħall-pustier, l-pumpier u l-pulizija. Dawn il-kotba saru bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu.
Waqt ħarġa fil-kampanja, Katrina u l-familja tagħha ltaqgħu ma’ ħafna affarijiet sbieħ. Iżda x’ġara f’daqqa waħda biex kellhom isejħu lill-pumpieri?







