Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż

978-99957-48-20-3
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

L-iljun, ir-Re tal-ġungla jinduna li kien waqa’ ċertu skiet fir-renju tiegħu. L-għasafar waqfu jgħannu, l-annimali ma baqgħux jidhru barra u saħansitra r-riħ kien donnu waqaf jonfoħ. X’kienet ir-raġuni ta’ din l-imġiba stramba? L-iljun jaf li bħala r-re kien imiss lilu li jinvestiga. X’jagħmel biex forsi jsib tarf din il-problema? Kien hemm rimedju għaliha? Hekk kif l-annimali u l-insetti jiftħu  qalbhom miegħu, l-iljun ifittex li jserrħilhom rashom biex il-ħajja tal-ġungla terġa’ lura għal li kienet.

Bi kwadri kkuluriti tal-ħajja fil-ġungla, impittra b’pinzellati ħfief daqskemm ipaxxu l-għajnejn, kif ukoll in-nisġa tal-istorja nnifisha bil-messaġġi sottili li tgħaddi, Ir-Re tal-Ġungla u s-Skiet Misterjuż, għandu l-ingredjenti kollha biex jogħġob lit-tfal. Barra minn hekk jgħinhom sabiex jiftħu qalbhom meta jħossu l-ħtieġa u hekk jeħilsu minn xi beżgħat li jista’ jkollhom fil-ħajja.

Additional information

Weight 160.0000 g
Dimensions 20.0 × 20.0 cm
Publisher
Pages 40
ISBN 978-99957-48-20-3
Format Paperback
Year of publication 2014

Product categories and tags

You may also like…