Malta li għext fiha

editjat u annotat minn Steve Borg

978-99932-17-32-9
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

L-awtobijografija ta’ J.J. Camilleri (1928-2012) hija tinsiġa tar-rakkont ta’ ħajtu mal-milja soċjo-politika ta’ Malta tul is-seklu għoxrin. Iroxxilna tifkirietu b’aneddoti ħelwin, minn tfulitu fil-gwerra sas-sehem attiv tiegħu fil-komunità Mostija. Il-ktieb joffri minjiera ta’ tagħrif ġdid dwar il-personalitajiet li ddominaw il-ħajja Maltija. Jitfissru bid-dettall l-isfidi ta’ poplu msawwem mit-tagħlim, it-twegħir minn meta Malta kisbet il-gvern responsabbli fl-1921, u l-imrar tal-ġlidiet politiko-reliġjużi fuq ħajjet dawk bla ħtija. Camilleri ma joqgħodx idur mal-lewża. B’pinna mħarrġa mill-ħiliet letterarji tiegħu, jikteb bil-qalb u mingħajr biża’, u jperreċ dak kollu li jkiddu. Kif darba tenna, “Is-sewwa jriegħex lil xi wħud.”

MALTA LI GĦEXT FIHA, editjat u annotat bir-reqqa minn Steve Borg, imur lil hemm lil hinn mit-ton apoloġista li jostor il-medjokrità, u jqiegħed għall-ġudizzju tal-qarrej min tassew stinka biex jingħelbu l-isfidi soċjali ewlenin biex il-poplu tagħna jqun fuq saqajh bħala ġens sovran.

Additional information

Weight 550.0000 g
Dimensions 21.0 × 14.5 cm
Publisher
Pages 436
ISBN 978-99932-17-32-9
Format Paperback
Year of publication 2014

Product categories and tags

SKU: 9789993217329