John F. Kennedy

Il-President Assassinat

9789995733926
Paperback

In stock

Description

L-assassinju tal-President Kennedy kien kexkex id-dinja u qajjem dibattitu li dam sejjer għal ħafna snin.  Biżżejjed wieħed isemmi li kien hemm aktar minn elf pubblikazzjoni dwar dan is-suġġett u ma’ dawn kien hemm ħafna artikli, dokumentarji u intervisti.  Il-parti l-kbira tal-pubblikazzjonijiet kienu dwar il-kontroversji li nħolqu wara li ġie ppubblikat ir-rapport tal-Kummisjoni Warren, l-ewwel kummissjoni li stħarrġet il-każ.

Għalkemm il-kummissjonijiet li studjaw il-każ għamlu l-almu tagħhom biex toħroġ il-verità kollha, dan ma sarx.  Kien għalhekk li ħafna ġurnalisti u nies oħra ħassew li kellhom jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom.  Kien hemm min faħħar l-isforzi ta’ dawn in-nies, filwaqt li oħrajn maqdruhom.  imma jibqa’ l-fatt li ħafna mill-investigazzjonijiet u riċerki li saru kienu meħtieġa u ħolqu d-dubji.  Biżżejjed jissemma x’qal il-President Lyndon Johnson waqt intervista f’Settembru 1969 meta stqarr li ma kienx assolutament ċert dwar x’qanqal lil Oswald, jew oħrajn li setgħu kienu mdaħħla fil-każ, biex joqtlu lill-President Kennedy.

L-opinjoni pubblika wkoll bdiet tinbidel wara li ħarġet bosta kritika dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Warren.  Wara li ħareġ ir-rapport ta’ din il-kummissjoni, il-maġġoranza tal-poplu Amerikan kienet sodisfatta bil-konklużjonijiet tal-membri ta’ dan il-kumitat.  Eventwalment il-kredibilità tar-rapport bdiet tonqos u kien għalhekk li l-każ kompla jiġi investigat minn iktar kumitati.

Additional information

Weight 300.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 192
ISBN 9789995733926
Format Paperback
Year of publication 2013

Product categories and tags