Description
VÉRONIQUE
…Ibnek sawwat lil binna!
ALAIN
Għadhom żgħar. ta’ żewġ subien imqarbin li huma, is-subien minn dejjem jilagħbu bl-idejn fil-btieħi waqt ir-rikreazzjoni. Din liġi naturali.
VÉRONIQUE
Le, mhux veru!…
ALAIN
Mela x’inhu. Jinħtieġ ċertu tagħlim sabiex id-dnewwa tiġi sostitwita bis-sewwa tal-ħaqq. Ħallini nfakkrek, fil-bidu l-ħaqq kien sinonimu mal-forza.
VÉRONIQUE
Fost in-nies preistoriċi forsi. Mhux fostna.
ALAIN
Fostna! Spjegali ‘fostna’ xi tfisser.
VÉRONIQUE
Qed tgħajjini; dad-diskors xabbagħni.
ALAIN
Véronique, jiena nemmen fl-Alla tal-ħerba. Hu l-uniku li ilu jaħkem, waħdu, mill-ibgħad żminijiet. Inti tinteressa ruħek fl-Afrika mhux hekk… Biex ngħidlek, għadni nasal lura mill-Kongo. Hemm isfel, it-tfal jitħarrġu biex joqtlu fl-età ta’ tmien snin. Fi tfulithom kapaċi jkunu qatlu mijiet ta’ nies, bil-machete, b’tat-twelve, bil-kalaxnikov, bil-grenade launcher, allura għandek tifhem li meta ibni jkisser sinna, saħansitra tnejn, ta’ wieħed minn sħabu b’zokk tal-bambù, f’Misraħ l-Aspirant-Dunant, jien ma nkunx dispost daqskom li nitwerwer u niskandalizza ruħi.
