Description
Fil-ganutell jintagħmlu fjuri dekorattivi bil-ħajt, żibeġ u wajers tal-metall. It-tiżwiq tal-kuluri jserraħ fuq is-sens ta’ osservazzjoni ta’ min jaħdem il-ganutell u fuq il-kreattivita’ tal-individwu. Dan ifisser li huwa metodu kif toħloq il-fjuri bil-wajers u l-ħajt żżewqu bil-kuluri li jixirqu l-okkażjoni – metodu li jinkorpora diversi tekniki bażiċi kif juri b’mod ċar dan il-ktieb. Fl-antik il-ganutell kien jintuża biex iżejjen il-knejjes u l-istatwi, imma llum qiegħed jintuża għal bosta okkażjonijiet li jridu jagħtu ġieħ lis-suġġett tagħhom.

