Vergni Sagri, Demonji u Boloh ghal Alla

Kitbiet dwar it-teatrikalità reliġjuża

978-99957-38-38-9
Hardback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

F’idejk għandek volum mhux tas-soltu:  jikkonfronta temi reliġjużi-teatriċi li sa issa qatt ma kienu ttrattati f’Malta.  Il-ktieb hu riċerkat b’mod fitt imma li xorta waħda jżomm id-dinamiċità li tant qarrejja draw jassoċjaw ma’ MARIO AZZOPARDI.  Din id-darba Azzopardi qed juża l-esperjenza teatrali tiegħu biex jintraċċaha fl-episodji tal-mistiċi, bl-imġiba straordinarja tagħhom.  Hemm min iqis li din tagħhom kienet (jew hi) imġiba patoloġika, ossessjonata u miġnuna.  Hi x’inhi, m’hemmx dubju dwar l-eċċentriċità ta’ bosta qaddisin, kif lanqas ma hemm dubju dwar l-alluċinazzjonijiet demoniċi li ppersegwitawhom.  Kollox hu deskritt b’mod grafiku, tant li jista’ jkun li l-ktieb iħawwad lil xi whud u “jiskandalizza” lil xi oħrajn.

Żgur li wara li taqra dan il-ktieb, il-perspettiva tiegħek dwar dak li hu qaddis jew indemonjat se tinbidillek.  Għall-ewwel darba f’Malta, il-ktieb iħares lejn il-fenomenu tat-tnixxija ta’ demm misterjuż li allegatament nixxa mill-feriti ta’ novizz Ġiżwita, bl-imkatar miżmumin fl-arkivji tal-Ġiżwiti fin-Naxxar.

F’Appendiċi oriġinali, Azzopardi joħloq abbozz drammatiku bbażat fuq il-każ notorju ta’ Marie-Catherine Cadière kontra l-konfessur tagħha, il-Ġiżwita Jean-Baptiste Girard, akkużat li sseduċieha fl-1731.

Additional information

Weight 690.0000 g
Dimensions 24 × 17 cm
Publisher
Pages 288
ISBN 978-99957-38-38-9
Format Hardback
Year of publication 2013

Product categories and tags