Description
Fil-ktieb Tifkira tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali – Malta 1913 Joseph Bonnici u Michael Cassar juru kif nannietna għexu dawk il-ħamest ijiem qaddisa t’April ta’ l-1913.
Il-Kungress wera kif il-Maltin, minkejja n-nuqqas t-esperjenza u faċilitajiet irnexxielhom jorganizzaw laqgħa internazzjonali għal mijiet ta’ delegati fosthom l-ogħla prinċpijiet tad-dinja Kattolika.
Il-Kungress jista’ jitqies bħala l-bidu tat-turiżmu tematiku għal Malta u barra li ħalla warajh ġid spiritwali u materjali, għolla ġieh pajjiżna mal-barrani.
Joe Bonnici u Michael Cassar huma l-awturi ta’ “The Malta Grand Harbour and some of its visitors” (1985), “Malta Dari u Llum” (1987) u “The Malta Railway – Il-Vapur ta’ l-Art” (1988).
