Description
L-Avventura ta’ Ħajti jippreżenta mod ġdid kif tħares lejn il-fidi Nisranija. Mhux biss tagħrif reliġjuż u informazzjoni imma ferm aktar minn hekk – esperjenza ta’ ħajja mgħixa b’mod sħiħ, mod kif tilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħek! Matul din is-sena se jkollok iċ-ċans li tqalleb fil-paġni ta’ dan il-ktieb u ftit ftit tiskopri li r-reliġjon hija ferm aktar minn suġġett. Żgur li jekk tħallih, dan il-ktieb ser jgħinek f’din l-avventura li ma tispiċċa qatt – l-avventura ta’ ħajtek.






