Walter Zahra: Għamlulna Ġieħ

Walter Zahra Ghamlulna Gieh

1912-2003

Dan huwa l-ħames ktieb mis-sensiela “Għamlulna Ġieħ” u din id-darba qed niddedikawh lil Walter Zahra. Zahra huwa persunaġġ li bosta jiftakruh jew saħansitra ħadmu fil-qrib miegħu. Għażilna li din id-darba niddedikaw dan il-ktieb lil persuna moderna u mhux lil xi ħadd mill-istorja, għaliex nemmnu li anke fi żminijietna, b’dak li wieħed iwettaq illum, jista’ jagħmel il-ġid lill-komunita` tagħna u lil beltna.

Din il-biografija li ser taqraw inġabret u nkitbet mir-riċerkatur Żejtuni, Sergio Grech, awtur ta’ numru ta’ biografiji oħra dwar diversi persunaġġi Maltin minn oqsma differenti tal-ħajja. Jekk qatt ma ltqajt ma’ Walter Zahra, dan il-ktieb żgur li ser jgħinek tiskopri lil dan il-persunaġġ. Jekk min-naħa ‘l oħra kellek ix-xorti li taħdem mill-qrib ma’ Walter, żgur li wara li taqra dan il-ktieb, ser tiskopri bosta affarijiet ġodda dwar dan il-persunaġġ. Walter, kif jgħid bl-Ingliż, kien all rounder, u għalhekk se ssib li tul ħajtu ħadem f’diversi oqsma, fiż-Żejtun u lil hinn minnu.

Wirt iż-Żejtun qed tkompli tkabbar l-għarfien dwar beltna, mhux biss dak storiku, iżda wkoll dak ċiviku. Il-ħajja u l-ħidma ta’ dawk li ġew qabilna għandhom ikunu ta’ ispirazzjoni għalina u għal uliedna – l-adulti t’għada.

Nemmnu li dan il-ktieb, bħal-erbgħa ta’ qablu se jkompli jwassal l-għarfien dwar personaġġ ieħor Żejtuni li għamel ġieħ lil raħal twelidu.

Klement Tabone: Għamlulna Ġieħ

F’dan il-ktieb qed nirripproduċu żewġ artikli li kien kiteb dwar il-familja Tabone u l-Knisja ta’ San Klement, il-Kanonku Dun Joe Abela fil-ktieb tal-festa tas-Soċjeta’ Mużikali Beland u l-ieħor fil-ktieb tal-festa “L-Armar” tal-Għaqda tal-Armar 25 ta’ Novembru. Minn hawn nixtiequ nirringrazzjaw lil dawn iż-żewġ għaqdiet li tawna l-permess nippubblikaw dawn l-artikli.

Dr. Anton Bugeja provdilna riċerka dettaljata mmens dwar dan il-personaġġ. Permezz ta’ informazzjoni dettaljata minn diversi arkivji, wieħed seta’ jibni diversi aspetti mill-ħajja u l-istorja ta’ dan il-personaġġ.
L-aħħar artiklu huwa miktub mill-Perit Ruben Abela fejn permezz ta’ din il-kitba ta ħarsa lejn xi binjiet u tifkiriet li b’xi mod huma marbutin mal-familja Tabone u Klement innifsu. Dawn huma binjiet u tifkiriet li għadna narawhom sal-lum u ftit nobsru u napprezzaw l-istorja tagħhom u r-rabta li kellhom ma’ nies importanti li ġew qabilna.

Nemmnu li dan il-ktieb, bħat-tlieta ta’ qablu se jkompli jwassal l-għarfien dwar personaġġ ieħor Żejtuni li għamel ġieħ lil raħal twelidu. Is-sens ċiviku u l-lealta’ ta’ dan il-bniedem lejn pajjiżu għandu jkun ta’ eżempju li fuqu jimxi kull ċittadin.

Xandru Farrugia u ibnu Ġanni: Għamlulna Ġieħ

Dan il-ktieb huwa l-bidu ta’ twettieq ta’ ħolma li mxiet minn kumitat għallieħor ta’ Wirt iż-Żejtun, sa mit-twaqqif ta’ din l-għaqda ħames snin ilu. Kien proprju permezz tal-għajnuna mill-iSmall Iniatiatives Support Scheme (SIS) imħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju li għamilha possibli biex inwasslu f ’darek dan il-ktieb dwar wieħed mill-akbar personaġġi Żwieten ta’ kull żmien – Michele Cachia. Kif se taqraw, dan il-persunaġġ ħadem fost iż-Żwieten ta’ żmienu, mhux biss fil-ħidma professjonali tiegħu bħala arkitett, iżda wkoll kien il-moħħ u mexxej ewlieni fis-sehem tal-popolazzjoni fix-Xlokk ta’ Malta waqt l-imblokk tal-Franċiżi. Kien bniedem li waqt żminijiet diffiċli ħares fil-bogħod biex seta’ jkun ta’ ġid għal dawk ta’ madwaru. Minkejja l-fama u l-popolarita’ li kiseb, baqa’ saqajh mal-art biex serva sa mewtu.

Michele Cachia: Għamlulna Ġieħ

Dan il-ktieb huwa l-bidu ta’ twettieq ta’ ħolma li mxiet minn kumitat għallieħor ta’ Wirt iż-Żejtun, sa mit-twaqqif ta’ din l-għaqda ħames snin ilu. Kien proprju permezz tal-għajnuna mill-iSmall Iniatiatives Support Scheme (SIS) imħaddma mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju li għamilha possibli biex inwasslu f ’darek dan il-ktieb dwar wieħed mill-akbar personaġġi Żwieten ta’ kull żmien – Michele Cachia. Kif se taqraw, dan il-persunaġġ ħadem fost iż-Żwieten ta’ żmienu, mhux biss fil-ħidma professjonali tiegħu bħala arkitett, iżda wkoll kien il-moħħ u mexxej ewlieni fis-sehem tal-popolazzjoni fix-Xlokk ta’ Malta waqt l-imblokk tal-Franċiżi. Kien bniedem li waqt żminijiet diffiċli ħares fil-bogħod biex seta’ jkun ta’ ġid għal dawk ta’ madwaru. Minkejja l-fama u l-popolarita’ li kiseb, baqa’ saqajh mal-art biex serva sa mewtu.

Carlo Diacono: Għamlulna Ġieħ

Dan il-ktieb qed jiġi ppublikat f’għeluq il-ħamsa u sebgħin sena mill-mewt ta’ dan il-kompożitur Żejtuni li ħalla warajh wirt mużikali kbir li għadna ngawdu sal-lum, mhux biss fiż-Żejtun iżda fi bliet u rħula oħra Maltin. L-antifoni f’ġieħ il-qaddisin ta’ dawn il-parroċċi għadhom jiġu apprezzati bil-kbir mid-dilettanti ta’ dawn il-festi.

Iżda kif se naraw minn dak miġbur f’dan il-ktieb, Carlo Diacono ma’ kkomponiex biss antifoni u mużika sagra, iżda anke dik profana. Hekk insemmu l-opra l-Alpino li fl-2018 tagħlaq mitt sena minn meta ġiet esegwita fit-Tejatru Rjal.

Filwaqt li nemmnu li dan il-ktieb se jkun ħolqa oħra ta’ informazzjoni dwar persuni Żwieten li għamlu ġieħ lil beltna nittama li dan l-għarfien inissel apprezzament akbar lejn l-istorja tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna.
Wirt iż-Żejtun tixtieq trodd ħajr lill-Arċipriet li tana l-permess niġbdu ritratti ta’ xi artifatti li hemm fil-mużew tal-parroċċa u li għandhom rabta ma’ Carlo Diacono, il-Familja Diacono, l-Għaqda Mużikali Beland li tatna l-permess li nagħmlu użu minn materjal li kienet ippubblikat l-Għaqda, lis-Sur Charles Debono għall-għajnuna u l-materjal li provdielna, u fuq kollox lill-awturi tal-kontribuzzjoni tagħhom f’dan il-ktieb.