Triq id-Dejqa nru.313

9789995749330
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

In-nies li jħobbu jaqraw kotba fuq detectives huma bla għadd. Kull ġens ħoloq il-bniedem qalbieni ta’ pajjiżu imma naħseb li l-aktar imsemmija huma: Sherlock Holmes tal-Ingliżi, Juve tal-Franċiżi u Petrosini tat-Taljani. U aħna l-Maltin xejn? Jiżbaljalkom.

Aħna wkoll għandna d-detective tagħna jew jekk tridu tagħtuh isem Malti, il-Fittiex tagħna imma ġralna, li isem l-imsejken BENDU MUSKAT ftit jew xejn jafu bih. Din id-darba iżda, barra miċ-ċokon tagħna hemm raġunijiet oħra imma l-iżjed waħda qawwija hija dik li Bendu Muskat dejjem xtaq jaħdem … fid-dlam. Raġel kiebi u ġwejjed, ħadem dejjem biex għemilu jibqa’ mistur ħalli jkun jista’ jrażżan aħjar il-ħalliel u l-qattiel.

Ħaġ’oħra: Bendu Muskat kien “fittiex privat” u għalkemm ħafna drabi kien ta’ għajnuna kbira għall-Pulizija, huwa kien jaħdem id f’id mal-Ħaqq għax kellu fid-demm li jeqred minn din id-dinja l-ħażen u l-ħjiena u mhux biex jagħmel isem jew jikseb xi ġieħ.

Additional information

Weight 190.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 140
ISBN 9789995749330
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995749330 Categories: