Tisjir Bil-Ghaqal

Ġabra ta' Riċetti għall-Programm Kalamita

978-99957-20-71-1
Paperback

Out of stock - Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Meta ġejt mitlub mid-Direttur talprogramm Kalamita biex kull ġimgħa jkolli rokna li tkun iddedikata għallezzjoni tat-tisjir, l-ewwel ħsieb tiegħi kien li nippubblika ktieb biex ikun ta’ gwida għal min ikun qiegħed isegwini. Kulħadd jaf li fil-klassi, minbarra li jkun hemm l-għalliem jagħti l-lezzjoni, kull student ikollu ktieb li bih ikun jista’ jifhem aktar.

Dan hu l-għan ewlieni tal-ktieb. Barra minn hekk, kull min ikun qiegħed isegwit-televixin, ikun jista’ jagħti l-attenzjoni tiegħu kollha għall-ispjega li nkun qiegħed nagħti. B’hekk, ma jkollux dak il-ġenn li jrid joqgħod attent u fl-istess ħin jikteb ir-riċetta, bil-biża’ li jħalli x’ingredjent nieqes.

F’dan il-ktieb issib riċetta għal kull lezzjoni, Matul il-lezzjoni li iddum 30 minuta, jien nagħmel ir-riċetta u nispjega kollox fid-dettall. Qgħadt attent ħafna għal żewġ affarijiet: li nżomm kull riċetta sempliċi kemm nista’ u aktar importanti minn hekk, li ma nnefqekx ħafna flus meta tipprepara biex issajjar dak li jogħġbok.

Importanti li, flimkien ma’ dan il-ktieb, iżżomm pitazz żgħir ħdejk. Jekk tara li hemm bżonn li żżid xi noti, niżżilhom ġo fih. Iżda jkun aħjar jekk, waqt li jien inkun qiegħed nispjega, tagħti l-attenzjoni tiegħek kollha għal dak linkun qiegħed ngħid.

Meta tibda taqra l-ktieb, tinduna li jien ħsibt ukoll biex il-lezzjonijiet jimxu kemm mal-istaġun li nkunu fih, kif ukoll mal-festi tradizzjonali li nkunu qed niċċelebraw dak iż-żmien.

Importanti li tifhem tajjeb dak li nkun qiegħed nispjega, biex tkun żgur li meta tipprova xi riċetta, din tiġi tajba. B’hekk, tikseb sodisfazzjon, mhux biss int, imma dawk kollha li se jieklu. Jien nieħu gost ukoll li permezz tiegħi tkun tgħallimt xi ħaġa ġdida.

Ftakar dejjem li biex tassew tikseb suċċess fit-tisjir trid:

  • Attenzjoni
  • Paċenzja
  • Perfezzjoni

It-tisjir u l-ikel tajjeb!

Anton

Additional information

Weight 195.0000 g
Dimensions 19.0 x 14.5 cm
Publisher
Pages 92
ISBN 978-99957-20-71-1
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995720711 Categories: