Niktbu bil-Magħqud

Ahseb u Tghallem

978-99957-33-18-6
Paperback

In stock

Description

Niktbu bil-Magħqud huwa l-aħħar pubblikazzjoni mis-sensiela Aħseb u Tgħallem/Think and Learn. Dan qiegħed isir biex ngħarrfuk li dan il-ktieb tant bżonjuż għall-istudenti tal-lum, issa jinsab għall-bejgħ, aġġornat u addattat għat-tagħlim xieraq tal-kitba bil-magħqud bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Huwa tajjeb li wieħed jinnota l-attenzjoni li ngħatat lil kull ittra individwali, sabiex din tirrappreżenta l-ittra kif tinsab miktuba fil-mezzi ta’ komunikazzjoni bħall-gazzetti u l-kompjuter. B’hekk l-istudent jassoċja dak li jikteb ma’ dak li jara fid-dinja ta’ kuljum.

F’dan il-ktieb, kull ittra hi ppreżentata bil-mod kif tidher fil-kitba bil-magħqud fil-paġni ta’ wara tal-kotba WayAhead Practice Book li qed jiġu użati fl-iskejjel primarji tal-Gvern. Inħossu li dan il-ktieb qed joffri
l-bidla meħtieġa fil-kitba bil-magħqud biex il-kitba tat-tfal tkun konformi mad-dinja teknoloġika tal-lum.

Qabel ġie ppubblikat dan il-ktieb intalbu diversi pariri mingħand nies esperti fil-qasam tal-kitba u minn nies imħarrġa fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

Additional information

Weight 245.0000 g
Dimensions 29.7 x 21 cm
Publisher
Pages 80
ISBN 978-99957-33-18-6
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 9789995733186 Categories: Tags: