Description
A Teatru Malta play
Programm Kitba Ġdida: L-Ewwel Ktieb
Dramm ġdid trasgressiv tal-kittieb Alfred Buttigieg. X’għandu jagħmel wieħed meta l-pulizija tiddikjara każ bħala magħluq, u l-irjus il-kbar idawru ħarsithom lil hinn mill-fatti? Jikteb dramm dwaru. Il-produzzjoni ddaħħalna fir-relazzjoni kumplessa tal-koppja Martina u Stephanie li jispiċċaw priġunieri fi ħdan il-konfini klaustrofobiċi tal-passat trawmatiku tagħhom. Il-feriti jinfdu fil-fond, forsi saħansitra daqskemm hija fonda l-imħabba li jaqsmu. Din tiggrava l-ossessjoni li Martina u Stephanie għandhom għal xulxin sa ma jilħqu punt kritiku fejn l-istess ossessjoni tasal biex tiżbroffa.
Awtur: Alfred Buttigieg
Edituri: Marco Galea u Sean Buhagiar
Dramm / Drammi / Script