L-Ahhar Kazi ta’ G.J.

9789995749194
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Bis-saħħa tal-moħħ mill-aqwa li kellu, it-tkixxief (detective) aristokratiku Malti G.J. kien jirnexxilu mhux talli jaqdi lill-klijenti tiegħu, imma talli, kważi f’kull każ li kien jidħol għalih, jakkwista wkoll xi kemxa flus ġmielha minbarra l-ħlas dovut lilu tas-servizzi tiegħu, tant li kien sar magħruf mhux biss għal ħiltu l-kbira li jsolvi l-biċċa l-kbira tal-problemi li jkun intalab jistħarreġ, iżda wkoll għal kemm kien bniedem korrott.

Imma, kif jgħid il-Malti,  “Ħadd wara Ħadd, tasal ta’ kulħadd”, u hekk ġralu G.J, ukoll, meta, f’wieħed mill-ħames każi rrakontati f’dan il-ktieb, iltaqa’ ma’ xebba li fakkritu f’żgħożitu l-idealista u l-idillika, li fakkritu fil-ġmiel tal-imħabba s-safja, li ġagħlitu jistħi minnu nnifsu tal-ħajja l-korrotta u l-imbaħarda li kien qiegħed jgħix, u li ġagħlitu saħansitra jibda jiddejjaq minn xogħlu ta’ tkixxief, li ħlief man-naħa l-kerha u l-maħmuġa, u ġieli wkoll il-perikoluża, tal-ħajja, ma kienx ilaqqgħu. U tant tqalla’ G.J., mill-ħmieġ tas-soċjetà l-għolja li tagħha hu kien xempju prominenti, li fl-aħħar żarma minn tkixxief u mar jgħix ħajja ta’ eremit, kważi.

Madankollu, G.J. kien donnu ddestinat li xi ħaġa dejjem jikseb, jagħmel x’jagħmel, għax anki minn dan l-aħħar għemil tiegħu, li bih ċaħad id-dinja, irnexxielu jikseb l-isbaħ għotja nett, il-għotja ta’ bidu ġdid . . .

Dan il-ktieb ta’ min jaqrah mhux biss biex tieħdu pjaċir bl-istil daqqa umoristiku, u daqqa realistiku, u daqqa sentimentali li bih hu miktub, iżda wkoll biex titgħallmu l-aqwa tagħlima li hawn fid-dinja: li qatt mhu tard wisq, għal ħadd . . .

Additional information

Weight 260.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 182
ISBN 9789995749194
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995749194 Categories: