Description
Dan il-ktieb jurina li s-sukkulenti huma xtieli li jżommu l-ilma fihom u jadattaw ruħhom għall-ħamrija u klimi nixfin qoxqox. L-ilma jaħżnuh fil-weraq, fiz-zkuk u fl-għeruq u din il-ħażna tal-ilma x’aktarx tagħtihom dehra minfuħa jew imlaħħma. Dawn ix-xtieli l-iktar li nsibuhom hu fir-reġjuni nixfin bħall-isteppa u d-deżert, u kapaċi jibqgħu jgħixu għal perjodui twal ta’ nixfa. Xi sukkulenti kapaċi jadattaw għal kondizzjonijiet estremi u jistgħu jgħixu f’postijiet fejn xejn ma jgħix u jirrispondi b’mod ideali għall-bidliet globali tal-ambjent. U għalhekk il-kaktus huma sukkulenti, imma s-sukkulenti mhumiex kollha kaktus.