Ir-Raħal tan-Nani Sett ta’ 6 Kotba

Paperback

In stock

Description

Ir-Raħal tan-Nani 1
Rożetta u Rossu l-Pitirross
Rossu l-pitirross inqabad barra fil-maltemp, u mnalla kienet Rożetta li daħħlitu ġewwa għall-kenn. Imma dak ma kienx kollox…
Vjoletta u l-Qoffa ta’ Żebbuġu
Vjoletta kienet tħobb tmur tara ‘l Żebbuġu jaħdem il-qfief tal-qasab bil-moħbi, iżda darba tatu qatgħa u ġrat xi ħaġa maġika.
Ir-Raħal tan-Nani 2
Ħarruba u l-Magħżel Imsaħħar
Ħarruba hi saħħara xiħa li l-hena tagħha tagħmel ħafna xorti bis-suf u l-qoton. Hija tħobb taħdem il-ħwejjeġ għat-tfal tar-raħal tan-nani.
Bajtru u l-Granċ
Bajtru ma tantx kien iħobb imur jgħin ‘il missieru Patatu jaħdem l-għalqa. Għalhekk missieru jħallih imur sax-xtajta għall-granċijiet u l-imħar.
Ir-Raħal tan-Nani 3
Bajtru u n-Nagħġa l-Kattiva
Bajtru spiss kien imur jgħin ‘l ommu taħleb il-mogħoż u n-nagħaġ. Iżda n-nagħġa l-kattiva b’xejn ma riedet taf, u tgħidx x’battikata tatu ‘l Bajtru!
Lanġasu u ż-Żarbun Imsaħħar
Ferfuxa għalqet sninha u Lanġasu l-iskarpan kien qed jaħseb f’xi rigal li seta’ jagħtiha, u x’hemm aħjar minn żarbun imsaħħar?
Ir-Raħal tan-Nani 4
Ferfuxa u l-Gidien
In-nagħaġ u l-mogħoż tal-familja ta’ Ferfuxa waslu biex ikollhom iż-żgħar, u Ferfuxa tħobbhom ħafna l-ħrief u l-gidien. Darba waħda tmur ma’ Bajtru biex tilgħab magħhom, imma ta’ ferfuxa li hi…
In-Nanna Paċpaċa u l-Ġbejniet
In-nanna Paċpaċa tagħmel ġbejniet tajbin ħafna u Ferfuxa tiġġennen għalihom. Iżda hemm xi ħadd ieħor li jħobbhom il-ġbejniet tan-nanna Paċpaċa. Tgħid min hu?
Ir-Raħal tan-Nani 5
Paċpaċa, Ferfuxa u l-Kunserva
Meta jsir it-tadam ta’ Patatu, Paċpaċa tħobb tagħmel il-kunserva u t-tadam imqadded. Ferfuxa dejjem tmur tgħinha, imma meta Paċpaċa tkun marida, Ferfuxa tkun kapaċi tkompli waħedha?
Patatu u s-Seqer
Patatu artist kbir. Mistagħġbin in-nani tar-raħal x’kapaċi jagħmel minn biċċa zokk ta’ siġra. Deffusu s-sindikajr ukoll baqa’ impressjonat b’li kien kapaċi jagħmel.
Ir-Raħal tan-Nani 6
L-Inventur u x-Xita
Vintu jħobb jivvinta invenzjonijiet ġodda u għalhekk iħobbuh ir-residenti tar-raħal tan-nani. Din id-darba ddeċieda li jmur sal-għalqa ta’ Patatu biex jara x’jista’ jivvintalu biex iħaffiflu x-xogħol tiegħu.
Deffusu u l-Għasir tal-Għeneb
Deffusu jħobb jiddeffes, u din id-darba ddeċieda li jrid jagħti sehmu fl-għasir tal-għeneb. U kemm impika ma’ Melħu! Ried bilfors jirbaħ l-isfida ta’ min jirnexxilu jagħsar l-għeneb għall-itwal ħin bla waqfien. Tgħid irnexxielu?

Additional information

Weight 840.0000 g
Dimensions 24 x 24 cm
Publisher
Cover
Year of publication
Note Each book has 24 pages
Author

Product categories and tags

SKU: NANISETT Categories: