Imhabba Mcahhda Sett

Paperback

Sett ta’ tlett kotba fis-sensiela Imħabba Mċaħħda

Description

L-ewwel volum
Storja li sseħħ fis-snin ta’ qabel it-Tieni Gwerra tal-Indipendenza tal-Italja fl-isfond tal-Lag ta’ Lugano. Din hija l-ġrajja tal-familja tan-nobbli Franco Maironi, Kattoliku u liberali, u ta’ martu Luisa Rigey, persuna mill-klassi tan-nofs tas-soċjeta. Il-Markiża Orsola, in-nanna ta’ Franco, b’simpatiji Awstrijaċi, kienet kontra ż-żwieġ tagħhom u kienet tara kif tagħmel biex tħassrilhom il-festi. Iz-ziju ta’ Luisa, l-Inġinier Piero Ribera, jgħinhom biex iwettqu l-pjanijiet tagħhom minn wara dahar il-Markiża.
Id-diffikultajiet ekonomiċi u l-mod dirett li bih kienet titkellem Luisa, kif ukoll is-sens ta’ ġustizzja tagħha, b’kuntrast mal-karattru ta’ Franco, jagħmlu r-relazzjoni ta’ bejniethom diffiċli u joħolqulhom inkwiet kbir. Imma filwaqt li Luisa tingħalaq fiha nfisha u tiddedika ruħha għall-ispiritiżmu, Franco jmur joqgħod Turin, fejn jaħdem. Madanakollu, huwa jħoss il-ħtieġa li jieħu sehem b’mod attiv fil-ħelsien ta’ pajjiżu mill-qawwiet Awstrijaċi.
It-tieni volum
F’dan it-tieni volum niltaqgħu ma’ Piero Maironi, iben Luisa u Franco, li kien ta ħajtu għall-kawża tal-ħelsien ta’ pajjiżu.
Il-karattru ta’ Franco, bniedem ġentili, jaf iħobb u ta’ fidi soda, u l-karattru ribelluż u passjonali ta’ Luisa, li kienet waslet f’xifer il-ġenn wara t-telfa ta’ bintha ċkejkna, iġeddu t-taqbida tagħhom fin-natura ta’ binhom, li jitqabad bejn twemmin, passjoni u onesta. Dawn l-elementi jikkontrollaw l-imġiba tiegħu mal-oħrajn tant li jixħtu lil Piero f’konflitt spiritwali.
Piero jiżżewweġ mara li issa tinsab fi sptar tal-moħħ, filwaqt li hu, artist u ħalliem, isir iħobb mara oħra, nieqsa mill-fidi, sabiħa, separata minn ma’ żewġha, raffinata u sinjura, li kienet tagħmel parti mill-bel mondo internazzjonali.
It-tielet volum
F’dan it-tielet rumanz il-protagonista jibqa’ Piero Maironi, li jkun qed jagħmel xogħol ta’ ġardinar fl-abbazija Benedittina ta’ Subiaco. Hemm jgħix ħajja ta’ talb u penitenza u jibda jissejjaħ Benedetto.
F’dik l-abbazija tagħrfu Jeanne Dessalle, li minkejja ż-żmien li għadda kienet baqgħet tittama li tibni relazzjoni ta’ mħabba miegħu, l-aktar issa meta ssir taf li wara kollox Piero kien baqa’ armel.
Iżda malajr tintebaħ li Piero kien fil-fatt sar bniedem ieħor, meqjum bħala qaddis fil-belt ċkejkna ta’ Jenne.
Piero jmur Ruma bil-ħsieb li jikkonvinċi lill-Papa nnifsu dwar il-ħtieġa ta’ riforma radikali fil-Knisja Kattolika, imma xi tkun l-esperjenza tiegħu hemm?
Marid u affettwat minn dak kollu li għadda minnu, fl-aħħar ta’ ħajtu jsib ruħu għand ħabib tiegħu… assistit minn persuna importanti mill-passat tiegħu.

Additional information

Weight 1280 g
Dimensions 21 x 14.8 cm
Author
Cover
Publisher
Year of publication

Product categories and tags

SKU: IMHMCASETT Categories: Tags: