Il-Patt il-Ġdid

Tradott mill-Grieg għall-Malti

9789995791520
Hardback

Description

M’hemm ebda ktieb aktar essenzjali għalina mill-Bibbja Mqaddsa. Il-Patt il-Ġdid hu t-tieni taqsima tagħha, it-twettiq tal-wegħdi t’Alla li kien ta lil Iżrael mill-antik. Bih Alla jibqa’ jkellimna llum.

Il-ħtieġa ta’ traduzzjoni preċiża u fidila ilha tinħass ħafna. It-traduttur stinka u studja għal ħafna snin biex finalment tana dan ix-xogħol importanti, it-taħbit ta’ mħabbtu lejn Alla, lejn Kelmtu u lejn il-bnedmin. It-traduttur fisser ruħu hekk: “Fir-rwol tiegħi bħala traduttur, żammejt żewġ għanijiet f’moħħi matul il-proċess sħiħ tat-traduzzjoni:

  1. Ridt nibqa’, sakemm lingwistikament possibbli, fidil għalkollox u qrib it-test Grieg tan-Nestle-Aland.
  2. Fl-istess ħin xtaqt kemm jista’ jkun nirrendih b’Malti jiftiehem u normali, mexxej kemm jista’ jkun u li jinqara, irrispettiv hux Malti semitiku jew inkella mnissel mir-Romanz, jew inkella huwiex vokabularju antik jew relattivament modern.”

Din it-traduzzjoni, maħduma fuq l-edizzjoni l-iktar reċenti tan-Novum Testamentum Graece ta’ Nestle-Aland (it-28 edizzjoni), għandha magħha notamenti li jgħinu lill-qarrej fl-istudju tiegħu.

 

Additional information

Weight 144 g
Dimensions 24.7 × 15.8 cm
Author
Cover
Language Maltese
Publisher
Year of publication
Pages 904
ISBN 9789995791520

Product categories and tags

SKU: 9789995791520 Categories:

You may also like…