Glorjana

Rumanz

9789995749415
Paperback

Out of stock

Join the waitlist to be emailed when this product becomes available

Description

Gżira f’nofs il-Mediterran bl-isem ta’ Maltanova. Pelè, Kap tal-Partit tal-Ħodor, jipproponi fil-parlament il-bini ta’ belt ġdida. Il-proposta għaddiet u l-belt semmewha ‘Glorjana’.

Il-kelb ‘Baqqu’ kellu biċċa xogħol importanti fil-parlament. X’setgħet kienet?

Id-Dottoressa Lara u l-istatwarju Dandu minn għarajjes sabu ruħhom aħwa. Dan kif?

Pelè jitlef ’il ħabibtu f’inċident. Kif?

Saret iċ-ċerimonja tal-ewwel qanpiena u mbagħad tal-ħatra ta’ Dun Franz bħala l-ewwel Kappillan u Monsinjur tal-knisja l-ġdida ddedikata lil San Sebastjan.

Pelè ħolom ħolma stramba li bagħtitu Franza jgħin ’il-patrijiet ‘Sebasti’ fil-kura tax-xjuħ u l-morda.

Il-kelb ‘Baqqu’ baqa’ jgħin sal-aħħar meta ħa l-aħħar ittra ta’ Pelè lill-Prim Ministru waqt ir-riċeviment. X’kien fiha din l-ittra? U dan x’riċeviment kien?

Additional information

Weight 270.0000 g
Dimensions 21 × 14.8 cm
Publisher
Pages 202
ISBN 9789995749415
Cover
Year of publication
Author

Product categories and tags

SKU: 9789995749415 Categories: Tags: