Fanali tal-kliem 2

978-99957-818-3-5
Paperback

Description

Ktieb ta’ taħriġ fil-qari u kitba ta’ kliem f’kuntest

Kliem preżentat f’din is-sensiela jibni fuq il-kliem f’Fanali tal-Kliem 1 u jkompli billi jkopri kliem b’sillaba waħda minn dawn il-gruppi:

– ġemgħat konsonantali fil-bidu

– ġemgħat konsonantali fl-aħħar

Ilha ħafna tinħass il-ħtieġa ta’ linji gwida u ta’ kotba ta’ taħriġ fil-lingwa Maltija li jagħmlu enfasi fuq il-ħiliet tal-qari u tal-kitba. Hekk kif il-kebbies kien jixgħel il-fanali biex in-nies tarabil-lejl. din is-sensiela tikkumplimenta metodu ta’ tagħlim multisensorjali u ‘tixgħel’ il-ħiliet biex it-tfal jibdew jaqraw u jiktbu.

Dawn il-kotba ta’ taħriġ jaħdmu id f’id ma’ sensiela ta’ kotba ta’ qari fejn il-kliem preżentat huwa ibbażat fuq l-istruttura tal-kliem. It-tfal mhux qed jiġu mitluba jitgħallmu bl-amment biss. Huwa l-għan ta’ din il-metodoloġija li t-tfal jakkwistaw ħiliet li huma meqjusa kruċjali fl-akkwist tal-qari u l-kitba.

Kull ktieb jorbot ma’ ta’ qablu u jħejji t-triq għal ta’ warajh, waqt li jimxi b’mod parallel mal-kotba tal-qari f’din is-sensiela.

Additional information

Weight 350.0000 g
Dimensions 29.7 × 21 cm
Publisher
Pages 100
ISBN 978-99957-818-3-5
Cover
Year of publication

Product categories and tags

SKU: 978-99957-818-3-5 Categories: