The authors

Welcome to our author‘s corner. We want to tell people more about you and your books. So please, send us your biography with a photo of self and join our growing community of writers, editors, bloggers, poets, dramatists, playwrights and novelists. 

Lorna Vassallo

altLorna Vassallo (B.A., L.P., M.Jur.) graduated as a legal procurator and specialized in European law, but went on to embrace the teaching career in state schools. Along the years she gained prolific experience in the teaching of the main European languages (English, Italian, French and German) and also obtained basic certification in Arabic, Spanish and Russian. In 2011 she did a postgraduate conference interpreting course at the University of Malta. Presently employed as Administrative Manager at the Cooperatives Board. she is also a licensed tourist guide and a regular newspaper columnist. In the past she also worked as a radio and television producer/presenter.

Natalino Fenech

alt

(15.12.1962-). Journalist.
 
Fenech graduated in communications and journalism from the University of Malta, and also has a doctorate in geography from Durham University, England. 
 
​He started his journalistic career in 1992, first as news editor for The Malta Independent, and in 1997 he joined The Times and The Sunday Times. Between January 2008 and May 2013, Fenech served as registered editor and head of news with the Public Broadcasting Services. 
 
He wrote, and co-authored several scientific papers, short notes and popular articles about Maltese ornithology for international journals, including Bird Conservation International, British Birds, Dutch Birding, Birdwatch and Gli Uccelli d’Italia.
 
He also wrote seven books, two of which won first prize in the National book awards in 2007 and 2010.
 
Books:
1992: ​The Fatal Flight: The Maltese Obsession with Killing Birds (London)
2004: ​Lark Mirrors: Folk Art from the Past (with H.F. Arensten)
2007: Richard Ellis – The Photography Collection Valletta & Floriana Volume 1 (BDL Books)
2008: Richard Ellis – The Photography Collection Grand Harbour & Cottonera (BDL Books)
2010: A Complete Guide to the Birds of Malta (Midsea Books)
2016: Kif Dieb il-Gemiem, rakkonti dwar kaċċa u nsib mill-passat (Midsea Books)
2017: Birds of the Maltese Islands, Nature Guide Series (BDL Books)

George Said Zammit

George A. Said-Zammit was born in Sliema, Malta, in 1969. He studied at the University of Malta, graduating in 1990 (B.A. in Archaeology and Classics). Between 1992 and 1994 he read for a Master of Arts (M.A.) degree in Archaeology at the University of Durham under the supervision of Dr J. L. Bintliff. His thesis was concerned with mortuary practices in the Punic Mediterranean, with particular reference to the Maltese islands. His thesis was published by British Archaeological Reports (B.A.R.) in 1997, entitled Population, Land Use and Settlement on Punic Malta. Between 2007 and 2009 he read for a Post-Graduate Diploma in Educational Management and Administration from the University of Malta, graduating with distinction. In 2011 he registered for a Ph.D. degree at the University of Leiden. His research was supervised by Prof. Dr J. L. Bintliff (Faculty of Archaeology, University of Leiden) and co-supervised by Dr H. Stöger (Faculty of Archaeology, University of Leiden).

Between 1988 and 1990 he was involved in the updating of the Malta’s Antiquities List, which led to the publication of the National Protective Inventory in 1990. He was also co-supervisor in the National Coastal Survey of the Maltese islands, which was organized in 1989 by the Department of Geography of the University of Durham, in collaboration with the University of Malta. Between 1988 and 1997 he also took part in archaeological excavations in Malta and Gozo. He participated and presented papers in a number of seminars and conferences in Malta and abroad. He is the author of various published articles and studies which focus on the built heritage of the Maltese islands as well as on mortuary practices and archaeology in the Punic world. He also gave public lectures in Malta and abroad on different aspects related to the archaeology of the Maltese islands. From 1990 onwards he taught a number of credit courses at the University of Malta, both at the Faculty of Arts as well as the Faculty of Education.

For more than fifteen years Said-Zammit worked as a teacher in a private secondary school in Malta, teaching History, Latin and Environmental Studies. In 2008 he was appointed as Education Officer of Social Studies and European Studies within the Directorate for Quality and Standards in Education. In 2014 George A. Said-Zammit was appointed Director of the Student Services Department within the Directorate for Educational Services (Ministry for Education and Employment).

Stephen C. Spiteri

Stephen C. Spiteri (born 15 September 1963) is a Maltese military historian, author, lecturer and preservationist. His work mainly deals with the military history of Malta, particularly military architecture, and he is regarded as the “leading expert on Malta’s fortifications.”
Spiteri studied at St. Aloysius’ College and the University of Malta. He is the Research Co-ordinator of the Restoration Directorate, the Maltese government’s entity responsible for restoring historic buildings, and he is also a lecturer at the International Institute for Baroque Studies of the University of Malta. Spiteri previously served as the Superintendent of Fortifications for a decade, and he was also Acting Curator of the Palace Armoury in the Grandmaster’s Palace in Valletta. He later became curator of the Fortifications Interpretation Centre, also in Valletta.
Spiteri wrote a number of books dealing with the fortifications of Malta or fortresses built by the Knights Hospitaller. He also edits Arx – Online Journal of Military Architecture and Fortification, which is published via his website MilitaryArchitecture.com. Spiteri is one of the founding members of the Sacra Militia Foundation for the study of Hospitaller Military and Naval History, as well as the Fortress Explorer Society.
Publications
  • Fortresses of the Cross: Hospitaller Military Architecture (1136–1798) (1994)
  • British Military Architecture in Malta (1996)
  • The Fougasse, The Stone Mortar of Malta (1999)
  • Fortresses of the Knights (2001)
  • Armoury of the Knights (2003)
  • The Great Siege (2005)
  • The Art of Fortress Building in Hospitaller Malta (2008)

Rita Grech

Rita Grech, awtriċi ta’ rumanzi bil-Malti. Twieldet fl-1975 u hija minn Bormla. Ilha tikteb għal dawn l-aħħar għaxar snin.Rita Grech - Authors - BDL Books

S’issa ppubblikat 22 rumanz. Fosthom Markuż li hu pubblikazzjoni ta’ BDL Books. Il-ġeneru favorit tagħha huma l-kotba għall-adolexxenti. Tieħu gost ħafna tikteb għal din l-età għax taħseb li hija età partikolari fejn jidħol qari, peress li mhux faċli jsibu xi ħaġa li tassew iżżommhom biex ikomplu jaqraw. Tħobb tibbaża l-istejjer tagħha fuq ir-realtà. L-ikbar sodisfazzjon għaliha huwa meta jgħidulha li l-kotba tagħha jintgħoġbu.

Tħobb ukoll tagħti s-sehem tagħha biex tkompli tinkoraġġixxi l-qari bil-Malti, speċjalment fl-iskejjel. Temmen li l-lingwa Maltija hija xi ħaġa li aħna l-Maltin għandna biex inkunu kburin ħafna biha u għalhekk m’għandniex nitilfulha s-sens tagħha billi nużaw lingwi oħra minflokha. Tħobb ħafna l-qari u dejjem tgħid li aktar ma taqra aktar tispira ruħha biex tikteb! Ħaġa oħra li tagħtiha ispirazzjoni hija l-mużika. Infatti kull ktieb li tikteb ikollha kanzunetta konnessa miegħu.

Fil-futur għandha f’moħħha li tippubblika aktar rumanzi għall-adolexxenti, kif ukoll xi kotba għat-tfal u anke rumanzi oħrajn.

Prof. Conrad Thake

altProf. Conrad Thake is an architect and architectural historian. He graduated B.E.&A.(Hons.) from the University of Malta (1988) and pursued postgraduate studies at the University of Waterloo, Canada with an MA degree in Urban and Regional Planning (1991) and a Ph.D. in Architecture from the University of California at Berkeley, USA (1996).

He has co-authored with the late Dr. Quentin Hughes, the two volumes Malta – The Baroque Island, (2003) and Malta – War & Peace, an Architectural Chronicle 1800–2000, (2005). He has published a monograph on the British Admiralty architect William Scamp in Malta and one of his most recent publications is The Ottoman Muslim Cemetery in Malta.

He has published in several prestigious international journals such as Abitare la TerraL’ArcaDemetraPalladio, and Spazio e Società

Thake is a Salzburg fellow and a Member of CICA – Comité International des Critiques d’Architecture / International Committee of Architectural Critics. He is currently an associate professor in the History of Art department within the Faculty of Arts, University of Malta. 

 

Sharon Calleja

altSharon Calleja twieldet fl-20 ta’ Lulju 1978 u tgħix ix-Xagħra, Għawdex. Sharon hija miżżewġa lil Mark Calleja u għandhom żewġt itfal: Sevaniah u Kaylen. Dan huwa t-tieni xogħol li qed jiġi ppubblikat mill-pinna ta’ din l-awtriċi, wara l-ewwel rumanz bl-isem ta’ Ċagħaq. Ċagħaq niżel tajjeb ħafna ma’ dawk kollha li jħobbu jaqraw il-kotba bil-lingwa Maltija.
Din l-awtriċi, produttriċi, direttriċi u attriċi kitbet diversi drammi li ttellgħu f’bosta teatri lokali, u anke skripts li nħadmu biex jintwerew fuq it-televiżjoni. Fis-sena 2011 hija ngħatat il-premju kulturali Għarb Cultural Award għall-istorja Rubini, li tant għamlet suċċess. Wara kitbet ukoll is-sensiela Eklissi, li kienet ixxaqleb aktar lejn il-ġeneru tal-biża’. Hija dderiġiet serje fuq it-televiżjoni u ħadmet f’oħrajn bħala attriċi.

Ara l-kotba ta’ Sharon Calleja hawn:

Jennifer Spagnol

altMinn mindu tgħallmet il-maġija tal-qari, Jennifer bdiet taqra ktieb wara l-ieħor u minn hemm bdiet il-ħajra tagħha għall-kitba.
Imwielda Birkirkara, Malta, ir-raba’ minn ħames aħwa, Jennifer kellha trobbija sabiħa. Toqgħod il-Birgu u hija miżżewġa lil Emanuel u għandhom żewġ subien, David u Johann.
Jennifer Spagnol tikteb stejjer kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar, u tikteb ukoll il-poeżiji. Fl-2006 kitbet il-lirika għall-poema sinfonika bl-isem Karba, iddedikata lill-ġenituri tagħha Andrew u Margaret Cortis, li għaliha r-raġel tagħha Emanuel ikkompona l-mużika, fejn ġiet milqugħa b’akklamazzjoni kbira. Fl-2012 ippubblikat l-ewwel ktieb tagħha bl-isem ta’ Ġabra ta’ Novelli, u fl-2015 ippubblikat tliet kotba tat-tfal bejn is-seba’ snin u l-għaxar snin bl-isem ta’ Avventura fi Żmien il-Milied, Il-Pittura Maġika u L-Arloġġ tal-Futur, b’dawn l-aħħar tnejn se jitkomplew permezz ta’ stejjer li ser joħorġu fil-futur qarib. Fis-sena 2016 storja minn tagħha ġiet magħżula mill-Aġenzija Nazzjonali tal-litteriżmu u ġiet ippubblikata f’Big Book għall-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja għat-tieni sena bl-isem ta’ Fenegriż u l-Għalqa tal-Karrotti. Fl-istess sena ħarġet ktieb bil-lingwa Ingliża Love Never Dies.
Jennifer kisbet diploma fin-‘Novel Writing’ mis-Centre of Excellence ta’ Londra, u bħalissa qiegħda tistudja għal diploma oħra, din id-darba fil-kitba ta’ stejjer għat-tfal u ż-żgħażagħ.
Jennifer l-hena tagħha taqra l-istejjer għat-tfal. Fix-xahar ta’ Frar 2016 ġiet mistiedna mill-iskola primarja ta’ Ħal Lija biex tmur taqra xi stejjer lill-klassijiet tal-Kinder 2. Għal dawn l-aħħar xhur ħadmet mat-tfal ta’ tliet snin fi skola privata fejn kienet taqralhom ħafna stejjer.
Jennifer Spagnol għadha tikteb l-istejjer u beħsiebha tibqa’ tikteb. Fil-fatt bħalissa qiegħda tikteb rumanz, apparti aktar stejjer qosra għat-tfal u poeżiji.
 
 

 

Mikiel Camilleri Haber

Mikiel twieled fis-7 ta’ Mejju 1988, u ma damx ma beda jikteb. L-ewwel (u l-maġġoranza) tal-kitbiet tiegħu kienu poeżiji u lirika. Fil-fatt, ta’ 6 snin beda jħarbex l-ewwel versi. Biex jiftakar dak li jkun kiteb iktar faċilment, dara jqabbel il-kliem ma’ mużika ta’ melodiji popolari, il-maġġorparti tagħhom kanzunetti tal-Beatles, Queen u Paul Simon. Tnejn mill-aktar artisti li ammira minn mindu kien daqsxejn ta’ tifel ferrieħi huma Elijah Wood u Paul McCartney.Mikiel-Camilleri-Haber BDL Books

Daħal l-MCAST jistudja l-Media fl-2009 u fl-2014 gradwa b’Baċellerat fil-Media (Moving Image). Wieħed mill-aktar proġetti għal qalbu minn dawn iż-żminijiet kien il-film qasir El Camino Hacia Las Rosas (2014), li kien iffukat fuq il-karattri u l-istorja mingħajr ma kellu screenplay konvenzjonali. Il-film intlaqa’ tajjeb ħafna mill-udjenzi li rawh, u rebaħ il-premju Bronze Palm Award fil-Mexico International Short Film Festival (2015).

Fl-2013 ħareġ l-ewwel kollezzjoni ta’ stejjer tiegħu fil-ktieb Ħallih Ħa Jonfoħ ir-Riħ (Bronk, 2013), miktub għal udjenza adulta. Ħafna mill-ideat għall-istejjer Mikiel ħolomhom meta kien ikun għoddu raqad fuq il-karozza tal-linja fi triqtu lejn id-dar f’Ħal Tarxien, mill-MCAST tal-Arti u d-Disinn, il-Mosta.

Fl-2017, BDL ippubblikaw l-istejjer tal-praspar ta’ Ġużi Fiteni, fil-ktieb Meta Ġużi Kien Abbati (BDL, 2017). Għalkemm l-inċidenti fl-istejjer kollha huma mistħajla, dan il-ktieb huwa mmirat lejn udjenza iktar żgħira fl-età, u tfal. Kien ispirat ukoll minn diversi karattri u episodji li l-awtur kien b’xi mod mess magħhom fi tfulitu.

Fl-2018, Mikiel ikkollabora ma’ Mark Doneo fil-kitba tal-iskript għall-film għaċ-ċinema Hemm Dar il-Qala (The Weeping House of Qala). Films tal-ġeneru horror, meta jkunu maħdumin tajjeb, lil Mikiel jinżlulu għasel daqs l-aqwa tazza nbid ħamra.

Fl-2019, BDL ippubblikaw it-tieni damma ta’ stejjer ta’ Mikiel – ġabra li ssib l-isem ta’ Dal-Baħar Iswed. Dan il-ktieb Mikiel iqisu l-kontinwazzjoni ta’ dak li beda f’Ħallih Ħa Jonfoħ ir-Riħ. Jinkludi fih ukoll selezzjoni ta’ poeżiji bil-Malti li kiteb tul dawn l-aħħar għaxar snin.

Mikiel miżżewweġ lil Christa u flimkien għandhom daqsxejn ta’ tifel ferrieħi li semmewh Elijah Paul.

Alfred Cachia

BDL Books - Alfred CachiaAlfred Cachia, bin Ġużeppi u Inez, imwielda Micallef, twieled f’Birkirkara fil-31 ta’ Diċembru 1934. Ħa l-edukazzjoni primarja fl-iskola tal-gvern u sekondarja fil-Kulleġġ San Alwiġi. Wara, studja għal rasu.
Għallem fl-iskejjel primarji tal-gvern. Inħatar uffiċjal tad-dwana, uffiċjal għoli fis-servizz pubbliku, konsulent mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u uffiċjal għoli f’intrapriża privata.
Kiteb poeżija, drama u xogħlijiet letterarji li xxandru fuq ir-Rediffusion u stazzjonijiet tar-radju u ġew ippubblikati f’antoloġiji u ġurnali bil-Malti u bl-Ingliż. Rebbieħ ta’ premjijiet f’konkorsi nazzjonali ta’ poeżija u drama.
Awtur tal-kotba: Tfuliti f’Birkirkara fi żmien il-gwerra (pubblikazzjoni BDL – 2016) u San Piju X (pubblikazzjoni knisja San Piju X ta’ Santa Luċija –¬ 2014).
Ħadem fiċ-ċirkolu San Pietru tal-ġuvintur tal-Azzjoni Kattolika Maltija ta’ Birkirkara. Mexxa l-fergħa tas-St John Ambulance Brigade ta’ Birkirkara u għaqdiet teatrali tat-tfal u taż-żgħażagħ.
Ħadem fl-Għaqda Letterarja Maltija, f’għaqdiet tax-xogħol tal-ħaddiema, fil-Confederation of Malta Trade Unions u fil-Malta Amateur Football Association.
Iħobb id-drama, il-qari, is-safar u jdoqq l-orgni.
Iżżewweġ lil Lilian, imwielda Briffa. Illum hu armel.