P. Edmund Teuma

altP. Edmund Teuma twieled il-Belt Valletta fit-13 ta’ Settembru 1948. Daħal mal-Franġiskani Konventwali fl-1965. Studja t-teoloġija fl-Istituto Teologico Sant’Antonio Dottore, Padova. Kiseb il-grad ta’ Baċċellier fit-Teoloġija mill-Pontificia Facoltà Teologica San Bonaventura, Ruma. Wara l-ordinazzjoni saċerdotali (1974) mar jispeċjalizza fl-ilsna Semitiċi fil-Pontificio Istituto Biblico, imbagħad fil-Pontificio Istituto di Studi Arabi e d’Islamistica, Ruma, mnejn kiseb liċenzjat doppju fl-Għarbi u l-Islamistika. Kiseb ukoll diploma ta’ librar mill-Iskola Vatikana tal-Bibjotekonomija. F’Malta għallem l-Għarbi u xi suġġetti oħra fil-Kulleġġ San Alwiġi. Kien ukoll għal xi żmien visiting lecturer tal-filosofija Islamika fil-Fakultà Teoloġika ta’ Malta u l-Università. Fost il-kotba li ppubblika: it-traduzzjoni tal-Qur’ân mill-Għarbi għall-Malti b’noti eseġetiċi (2000).