Aqra Aktar

aqra aktar logo

X’INHI?

Aqra Aktar hija skema li tinkoraġġixxi aktar qari fost l-istudenti. Hija mmirata għall-istudenti kollha tal-iskejjel primarji u sekondarji.

KIF TAĦDEM L-ISKEMA AQRA AKTAR?

L-iskema tippremja lill-istudenti billi jingħataw voucher ta’ €1 għal kull ktieb li jaqraw mil-librerija tal-iskola jew tal-klassi tagħhom. Dan il-voucher jingħatalhom meta t-tfal jirritornaw il-ktieb.

It-tfal ikunu jistgħu jsarrfu l-voucher/s mingħand BDL Books, San Ġwann.

IL-VOUCHER

Termini u kundizzjonijiet

  • Il-vouchers jissarrfu biss mingħand BDL Books, San Ġwann.
  • Il-vouchers jistgħu jintużaw wieħed ma’ kull €5 li jintefqu.
  • M’hemmx limitu ta’ kemm wieħed jista’ juża vouchers.
  • Dan il-voucher ma jistax jintuża ma’ offerti oħrajn.
  • Il-voucher ma jistax jissarraf fi flus.
  • Dan il-voucher japplika biss fuq kotba tat-tfal bil-Malti jew bl-Ingliż.
  • Il-vouchers ma japplikawx fuq kotba tal-iskola (textbooks).

IPPROMWOVI L-ISKEMA

Mexxi l-kelma dwar din l-iskema billi tagħmel użu mill-materjal provdut hawn taħt.

Għal aktar vouchers jew posters tista:

  • tikkuntattja lil-Kap tat-tim tal-Litteriżmu fil-Kulleġġ tiegħek
  • tibgħat email fuq schools@bdlbooks.com

Roll-up banners

aqra aktar roll-up banner

Dawn il-banners se jkunu qegħdin iduru fl-iskejjel bħala promozzjoni tal-iskema. Tajjeb li jitpoġġew f’postijiet prominenti.

Posters

aqra aktar poster

Waħħal il-posters fuq in-noticeboards tal-klassijiet u fil-librerija tal-iskola.

Uża r-reklami diġitali fuq il-midja soċjali, fuq is-sit tal-iskola u fil-korrispondenza tiegħek.

Agħfas fuq il-ħoloq t’hawn taħt biex tniżżel il-materjal diġitali li għandek bżonn.

aqra aktar sqaure advert
aqra_aktar_banner
aqra aktar skyscraper

Ftakar u fakkar

Tkellem dwar l-iskema mal-istudenti u l-ġenituri tagħhom, biex jieħdu vantaġġ minnha.

Din l-iskema qiegħda ssir b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika.

  

Il-Programm NWAR

Aqra Aktar u BDL Books huma l-isponsors uffiċjali tal-programm NWAR.

Nwar huwa programm tal-litteriżmu għall-familji pprovdut wara l-ħin tal-iskola mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu ta’ Malta. L-għan tal-programm Nwar huwa li b’appoġġ minn edukaturi ddedikati u mħarrġa fil-litteriżmu u bis-sehem kruċjali tal-ġenituri/adulti, it-tfal li għandhom diffikultajiet fil-litteriżmu, ikunu jistgħu huma wkoll isiru qarrejja u kittieba kompetenti, motivati u kunfidenti. Għal dan l-iskop, il-programm jaħdem biex joħloq komunità li trid titgħallem, u li eventwalment tagħti lit-tfal kollha l-opportunità biex jiksbu l-għodda meħtieġa u jsiru parti sħiħa mis-soċjetà.

children
nwar